Qorti
Omm Liam Debono kienet tagħtih id-droga ta’ 9 snin biex joqgħod kwiet – spettur

Waqt li kompliet il-kumpilazzjoni tal-provi kontra Liam Debono li qed ikun akkużat li kważi qatel lill-Pulizija Simon Schembri, il-Qorti semgħat kif il-ġuvni ilu jabbuża mid-droga mindu kellu 9 snin.

L-Ispettur Malcolm Bondin xehed fil-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud, u qal li meta Debono nstab mill-Pulizija tal-RIU wara l-inċident li seħħ f’Mejju li għadda f’Ħal-Luqa, instabu xi affarijiet fil-karozza li huma suspettati li kienu droga.

Qal li Debono ammetta li kienet ħaxixa tal-kannabis u li kienet tiegħu, filwaqt li qalilhom li kien ipejjep bejn 3 u 4 grammi kuljum mindu kellu 9 snin għax kienet tagħtihielu ommu biex iżommu kwiet.

Fil-Qorti ħareġ ukoll li Debono kien hedded Pulizija meta kien ġie arrestat f’każ separat, wara li twaqqaf milli jkompli jsuq rota li la kellha brejkijiet u lanqas pedali.

L-avukat Amadeus Cachia talab għall-ħelsien mill-arrest taż-żagħżugħ hekk kif il-persuni kollha xehdu fil-Qorti u qal li m’għadx hemm ċans ta’ tkun imbagħbsa l-evidenza u lanqas jista’ jaħrab minn Malta.

Minkejja dan, il-Maġistrat Mifsud ma laqax it-talba tad-difiża meta qies kemm huwa serju r-reat fost affarijiet oħra, inkluż li jista’ jeħel 40 sena ħabs u għalhekk hemm ir-riskju li jista’ jaħrab minn Malta.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Minn hawn u ftit tal-ħin ieħor, il-Prim Ministru Joseph Muscat se jkun qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet. Ix-xandira tistgħu ssegwuha dirett minn tvm.com.mt. Iktar dettalji fil-ħin li ġej.

Lokali

Il-Ministeru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali qassam €150,000 lil għaxar Kunsilli Lokali biex jirrenovaw il-housing estates fil-lokalità tagħhom. Fost il-kunsilli li ngħataw il-fondi hemm tal-Marsa, il-Ħamrun, Santa Venera, il-Belt Valletta u…

Lokali

Ilbieraħ filgħaxija l-GRTU qalet li xi membri tagħha li ssieħbu fi ftehim esklussiv ta’ franchising mal-Enemed ġew mhedda minn uffiċjali tal-kumpanija li jekk jieħdu sehem fl-azzjonijiet ikun hemm riperkussjonijiet fuqhom….

Aktar