Qorti
Omm Liam Debono tinżamm arrestata wara li ammettiet li serqet

Mara ta’ 37 sena ammettiet ħtijietha għal sensiela ta’ serqiet minn pompi tal-petrol f’diversi lokalitajiet.

Charlotte Zammit, omm Liam Debono, akkużat bl-attentat ta’ qtil tas-Surġent Simon Schembri, ġiet akkużata li bejn Mejju u Ġunju serqet minn pompi tal-petrol f’Raħal Ġdid, Ħaż-Żabbar, Ħ’Attard, Ħal Qormi, San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa. Is-serqiet kollha saru billejl.

Il-prosekuzzjoni nsistiet għal sentenza ta’ ħabs, bl-ispettur Roderick Agius jgħid li l-akkużata, li hija ricediva, ingħatat ċans diversi drabi biex tirriforma ruħha u toħroġ mill-vizzju tad-droga u tista’ tkun ta’ periklu għas-soċjetà.

L-akkużata ma talbitx għal ħelsien mill-arrest, bil-qorti mistennija tagħti s-sentenza tagħha l-ġimgħa d-dieħla.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Aktar