Barranin
Omm ma tingħatax it-tarbija għax ma kellhiex biex tħallas fl-Afrika

Wara ħames xhur omm ingħatat it-tarbija tagħha lura wara li l-isptar żammha minħabba li ma kinitx ħallset il-kontijiet mediċi.

Il-każ ta’ din il-mara kien seraq l-attenzjoni ta’ ħafna u qajjem għagħa f’Gabon, fl-Afrika Ċentrali.

Hija kellha tħallas €3,044 li għalihom jiġu 2 miljun CFA.

Dawn il-flus tħallsu wara li l-pubbliku nieda kampanja biex jiġbrulha l-flus.

Id-Direttur tal-Klinika ġie arrestat fuq akkużi ta’ ħtif tat-tarbija. Madankollu l-akkużi ġew irtirati ġurnata wara.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Indoneżjana li tilfet lill-għarus tagħha fl-inċident tal-ajruplan tal-Lion Air ki kkraxxja fil-baħar ħadet ir-ritratti tat-tieġ waħidha. Intan Sayari u Rio Nanda Pratama kellhom jiżżewġu fil-11ta’ Novembru, iżda l-ħolma tagħhom sfumat…

Barranin

Fir-Renju Unit il-grupp Action on Sugar għaddej b’kampanja biex jiġu pprojbiti l-milkshakes kbar li għandhom aktar minn 300 kalorija. Huwa qed jirreferi għalihom bħala freak shakes. Il-grupp stħarreġ dawn il-milkshakes…

Barranin

Il-gvern Taljan qed jisfida lill-Kummissjoni Ewropea u qal li se jżomm il-pjan li fassal għall-budget. Id-Deputat Prim Ministru Matteo Salvini qal li l-miri dwar id-defiċit għal 2.4% tal-prodott gross domestiku;…

Barranin

Fil-ġurnata li l-Italja hi mitluba tibgħat budget ġdid lill-Kummissjoni Ewropea, wara li dak oriġinali ma ġiex aċċettat, jidher li l-effett fuq il-bwiet tan-nies qed jinħass. Ħwienet tal-kafè f’Ruma qed jgħidu…

Aktar