Lokali
Omm tammetti li daħlet f’Malta ma’ wliedha b’dokumenti foloz

Mara ta’ 32 sena ammettiet quddiem il-Qorti li użat dokumenti foloz biex tidħol f’Malta flimkien maż-żewġ uliedha żgħar.

Xharije Morina, li hija Albaniża, kienet akkużata li użat tliet karti tal-identità Taljani li hija ffalsifikat f’isimha u f’isem uliedha.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli, ikkonfermat li l-mara kienet konxja tal-gravità tal-akkużi, u wara li semgħet l-ammissjoni tagħha, ikkundannatha sitt xhur ħabs sospiżi għal sena.