Kurżitajiet
Omm taqla’ l-eluf mill-bejgħ tal-ħalib mis-sider lill-bodybuilders

Omm ta’ żewġt itfal qed taqla l-eluf mill-bejgħ tal-ħalib tas-sider. Hija qed tbigħ il-ħalib lill-bodybuilders, li qed jieħduh minflok l-steroids.

Rafaela Lamprou minn Ċipru welldet lil binha Anjelo 7 xhur ilu. Hija nnotat li kienet qed tipproduċi ħafna ħalib.

Hija qalet li tant kien wisq li ma kellhiex fejn terfgħu u ma kinitx taf x’se tagħmel bih.

L-omm ta’ 24 sena bdiet tagħti l-ħalib lin-nisa li ma setgħux jipproduċu l-ħalib tagħhom. Dan sakemm l-irġiel bdew javviċinawha biex jixtruh.

Qalet li kienu diversi rġiel bodybuilders li riedu jixtru l-ħalib għax huwa tajjeb għall-muskoli.

Hija minn hemm iddeċidiet li tbigħ iż-żewġ litri ħalib li kienet qed tipproduċi kuljum. Hija bdiet iżomm €1 għal kull uqija.

Sa issa għamlet €5,000 wara li biegħet mal-500 litru ħalib.

Dan in-negozju jidher li għoġobha tant li feħet grupp fuq Facebook għal dawk in-nies li jridu jixtru l-ħalib.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali qajjem furur fost dawk li ta’ spiss jivvjaġġaw bl-ajruplan. Fil-filmat jidher raġel li ma ddejjaq xejn jinża ż-żarbun biex juża’ saqajh u jinnaviga fuq touchscreen…

Temp

Is-sħana li għamlet f’Ġunju kienet l-iktar waħda qawwija għal dan ix-xahar f’96 sena. Fi stqarrija, l-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li f’Ġunju t-temperatura medja laħqet 26.3°C, u l-aħħar…

Lokali

Pedro għandu sena, u ma jitflifx bulettin tal-aħbarijiet wieħed minn ta’ TVM. Il-favorit tiegħu iżda huwa ta’ nofsinhar, li jinqara minn Joe Dimech. Ommu, Maryanne Molina Xuereb, qalet lil TVM…

Barranin

Kelb fi New Jersey ma ħasibhiex darbtejn biex jeħodha ma’ ors li sab fil-ġnien tal-ġirien tiegħu. L-inċident inqabad minn kamera tas-sigurtà, u f’leħħa ta’ berqa dar mad-dinja wara li ttella’…

Aktar