Aġġornat: Omm it-tifel misjub fl-għelieqi f’Għawdex tinżamm taħt arrest

Omm it-tifel ta’ erba’ snin li nhar it-Tlieta nstab mitluf fl-għelieqi f’Marsalforn tressqet il-Qorti ta’ Għawdex akkużata b’abbandun ta’ minorenni. Quddiem il-Maġistrat Dr J. Vella Cuschieri l-omm Ġermaniża ta’ 30 sena residenti ż-Żebbuġ wieġbet li mhix ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha, madankollu hija ma ngħatatx il-libertà proviżjorja.

tvm.com.mt jista’ jikkonferma wkoll li t-tfal kollha li nstabu jgħixu fl-appartament huma kollha b’ordni tal-ħarsien ta’ tfal (care order) mill-awtoritajiet Ġermaniżi.

Sadanittant il-Pulizija Maltija qiegħda tistenna jekk hux se jinħareġ mandat ta’ arrest mill-awtoritajiet Ġermaniżi biex l-ommijiet ikkonċernati f’dan il-każ jintbagħtu lura lejn il-Ġermanja.

Kien proprju fl-aħħar jiem li l-Pulizija bdiet tinvestiga s-sejba ta’ numru ta’ tfal li kienu rrapportati nieqsa fil-Ġermanja. Is-sejba saret f’appartament f’Marsalforn. Sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija qalu lil tvm.com.mt li fl-appartament kienu qed jgħixu koppja Ġermaniża, tliet nisa, u ħamest itfal li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn il-ħamsa u s-sitt snin.

Il-koppja qed tgħid li kienet qed tagħti kenn lil ommijiet li jeħtieġu protezzjoni. It-tfal kienu rrappurtati nieqsa mill-missirijiet tagħhom fil-Ġermanja.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi stqarrija l-Matsec qalet li dawk l-istudenti li xtaqu jagħmlu l-eżamijiet tal-A Levels u l-Intermediates, jistgħu ipoġġu għal dawn l-eżamijiet f’Settembru li ġej. Din is-sessjoni se tieħu post is-sessjoni tar-resits,…

COVID-19

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qed jilqa’ l-applikazzjoni ta’ erba’ faxex ta’ ħaddiema li jaħdmu jew kienu jaħdmu fis-settur privat u ma baqgħux jaħdmu minħabba l-impatt tal-Coronavirus, iżda li mhux ser jintlaħqu…

Lokali

Wara kjarifiki uffiċjali, kien hemm qbil reċiproku li l-prezz tal-gass f’ċilindru ta’ 12kg ta’ Liquigas se jkun ta’ €15. Dan wara laqgħa llum bejn Liquigas Malta, li talbet biex tiċċarra…

COVID-19

Fiċ-ċirkostanzi preżenti maskra tiswa mitlu deheb partikolarment għal professjonisti li jinsabu fil-fruntiera tal-ġlieda kontra l-imxija tal-Covid-19. Fid-dawl tad-domanda qawwija għall-maskri soffistikati, Inġinier Malti fl-Fakultà tal-Inġinerija tal-Università ta’ Malta żviluppa magna…

Aktar