Lokali
AĠĠORNAT: Omm tmut mewta naturali – tinstab 3 ijiem wara f’darha

Mara ta’ 64 sena lbieraħ filgħaxija nstabet mejta fid-dar tagħha f’Bormla, u li nstabet wara li kienet ilha tliet ijiem mejta. Fl-istess dar instabet bintha, mitlufha minn sensiha u li ttieħdet għall-kura fl-isptar Mater Dei.

Il-pulizija qed tinvestiga s-sejba ta’ katavru ta’ mara ta’ 64 sena f’residenza f’Bormla, li mietet b’kawża naturali. Fl-istess dar, iżda f’kamra separata nstabet bint il-vittma, mitlufa minn sensiha, fejn skont informazzjoni li għandna, lanqas biss kienet indunat li ommha kienet mejta.

Il-pulizija ġew infurmati bil-każ ilbieraħ għall-ħabta tas-seba ta’ filgħaxija b’TVM infurmat li l-katavru tal-mara, instab f’residenza fi Triq Wiġi Rosato, u li kien ilu hemm madwar tliet ijiem. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lil bint il-mara li nstabet mitlufa minn sensiha minħabba ċirkustanzi li ma kellhiex kontroll fuqhom, u li minhabba f’hekk, skont sorsi qrib TVM, bint il-vittma lanqas biss indunat li ommha kienet mejta f’kamra oħra. Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Sqalli ta’ 23 sena minn Tas-Sliema, ġie akkużat li kkawża ġrieħi ħfief lil anzjan u li kiser il-paċi pubblika fi Triq il-Kbira, Birkirkara. Francesco Raffreddato, li qal li jaħdem bħala…

Kronaka

Somalu ta’ 23 sena ġie akkużat li ħebb u hedded bil-mewt lil sidt ta’ ħanut tal-massaġġi fil-Marsa, li serqilha l-mobile u ammont żgħir ta’ flus kontanti. Il-prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispetturi Spiridione…

Aktar