Barranin
Omm turi ħniena mal-ex raġel tagħha li qatel lit-tfal tagħhom

Omm ta’ ħamest itfal li nqatlu minn missierhom uriet ħniena miegħu fil-Qorti u talbet lill-Qorti biex ma tikkonsidrax il-piena kapitali.

Amber Kyzer qalet lill-Qorti f’South Carolina li l-ex raġel tagħha, Tim Jones Jr ma wera ebda ħniena lejn it-tfal, iżda t-tfal kienu jħobbuh.

F’Mejju li għadda, ir-raġel ta’ 37 sena tressaq akkużat li qalet lit-tfal, li l-età tagħhom tvarja bejn sena u tmien snin, fid-dar tiegħu nhar it-28 t’Awwissu, 2014. Il-ġurija qed tikkonsidra li Jones jew jingħata l-piena kapitali jew jintbagħat għomru l-ħabs.

Amber Kyzer qalet li bħala omm tixtieq li kieku tista’ tisfiguralu wiċċu. Madankollu hija saħqet li hi kontra l-piena kapitali. Qalet li hu ma weriex ħniena mat-tfal iżda huma kienu jħobbuh u jekk se titkellem f’isimhom, titlob lill-Qorti ma tikkonsidrax il-piena kapitali. Hija kompliet tgħid li tirrispetta kull deċiżjoni li tieħu l-Qorti.

Il-koppja kienet iżżewġet sitt xhur wara li ltaqgħu fl-2004. Iż-żwieġ tagħhom kien tfarrak u ma baqgħux flimkien. Hija kienet iddeċidiet li tih il-kustodja tat-tfal minħabba li kellu paga tajba. Hi kienet tara lit-tfal kull nhar ta’ Sibt.

Il-Qorti semgħet li dakinhar li qatel lit-tfal, kien sab it-tifel ta’ sitt snin jilgħab ma’ plakka. Huwa qabad u qatlu u heżżeż lit-tfal l-oħra. Huwa poġġihom fil-karozza u għamel disat ijiem isuq. Kien waqt li kien wieqaf fit-traffiku f’Mississipi meta pulizija xamm riħa ta’ mejtin ħierġa mill-karozza.

Ir-raġel wieġeb mhux ħati.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mara mit-Tajwan tista’ tgħoddha b’waħda, hekk kif għall-aħħar tax-xahar kellha kollox lest biex tibbukkja btala fil-belt ta’ Wuhan, iżda spiċċat mhi sejra mkien wara li l-kelb tagħha, Kimi, kililha l-passaport….

Barranin

L-artista Delphine Boël irnexxielha tikseb il-provi li r-Re Albert II tal-Belġju huwa missierha. Delphine Boël, ta’ 51 sena, għaddiet minn battalja legali twila, wara li r-Re Albert II, li għandu…

Barranin

Qalb id-Duomo ta’ Milan, l-isfilati tal-moda, u l-wirt kulturali ta’ preġju li jikkaratterizzaw lill-kapitali tar-reġjun tal-Lombardija, l-Italja, f’dawn l-aħħar jiem, l-artist pop Taljan AleXsandro Palombo nieda għadd ta’ posters li ddiżinja hu…

Barranin

Ajruplan b’numru ta’ passiġġieri li għadhom ma ġewx identifikati ġġarraf fl-Afghanistan. L-inċident seħħ f’Deh Yak distrtt f’Ghazni. Skont kelliem tal-gvern, l-ajruplan iġġarraf u belgħu n-nar minħabba ħsarat tekniċi. Aktar dettalji…

Aktar