Politika
Omtzigt jappella lill-Gvern u l-Oppożizzjoni biex ikunu trasparenti fir-riformi

Ir-rapporteur għall-Kunsill tal-Ewropa fuq ir-riformi istituzzjonali ta’ Malta, Pieter Omtzigt, appella lill-Gvern Malti u lill-Oppożizzjoni biex imexxu proċess trasparenti u inkussiv.

Fi stqarrija Omtzigt qal li meta żar Malta fi Frar, kien inkoraġġut li l-Gvern qal li kellu pakkett estensiv ta’ riformi li kienu kważi lesti biex jiġu ppubblikati u ppreżentati lill-Kummissjoni Venezja.

Qal li sal-lum għadu ma rax id-dokument, iżda sema’ tħassib serju dwar kif ġew żviluppati l-proposti. Żied li f’rapport preċedenti kien esprima x-xettiċiżmu ta’ xi wħud li ħassew li l-proċess se jsir wara bibien magħluqa bejn il-Gvern u l-partiti tal-oppożizzjoni, u stqarr li hekk jidher li qed jiġri.

Omtzigt sostna li għall-Kummissjoni Venezja kien importanti li r-riformi jkunu riżultat ta’ proċess trasparenti u wiesgħa b’ konsultazzjoni inklussiva mas-soċjetà.

Ara wkoll:

Il-Gvern qed jieħu l-pariri tal-Kummissjoni Venezja bl-akbar serjetà – il-PM

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar