Edukazzjoni
One stop shop għas-servizzi edukattivi

Is-servizz li jingħataw mid-dipartimenti u entitajiet tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, se jkunu offruti taħt saqaf wieħed permezz ta’ one-stop-shop fil-binja tal-Ministeru fil-Floriana. Dan il-one-stop-shop se jkollu wkoll uffiċċju ta’ servizz.gov sabiex persuna li tidħol fil-ministeru tkun tista’ tingħata għajnuna b’aktar minn 250 servizz tal-gvern.

Is-servizz pubbliku kompla jifrex il-kunċett tal-one stop shop biex diversi servizzi jingħataw minn post wieħed. L-aħħar inizjattiva f’sensiela hija one stop shop fil-binja tal-Ministeru tal-Edukazzjoni li qed joffri 53 servizz fis-settur edukattiv li jvarjaw mir-reġistrazzjoni ta’ tfal fl-iskejjel, servizzi ta’ psikoloġija u kontra l-bullying, applikazzjonijiet għal-LifeLong Learning u korsijiet għall-adulti.

Fit-tnedija ta’ dan il-one stop shop, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar qal li minnu l-pubbliku ser ikun jista’ jaċċessa l-250 servizz tal-Gvern li jinsabu fuq l-portal diġitali servizz.gov. Is-sur Cutajar qal li biex is-servizzi tal-Gvern ikunu eqreb lejn iċ-ċittadin qed isiru b’investiment ta’ €40 miljun.

Mario Cutajar qal “diġà varajna proġetti minnu dan l-investiment. Huwa investiment b’saħtu għax bih qed inħarsu lejn il-ġejjieni mil-lenti teknoloġika fis-sens li jenħtieġ li meta nkunu qed nagħtu dan is-servizz, ma jkunx iktar meħtieġ li l-istess informazzjoni tingħata iktar minn darba. Hemm data-bases li ma jikkomunikawx ma’ xulxin u dan ix-xogħol irid jgħaqqadhom bejniethom”.

Is-Sur Cutajar qal li l-iktar mistoqsijiet li jsiru fuq is-servizz.gov u l-linja telefonika 153 huma dwar it-taxxa, il-benefiċċji soċjali u l-edukazzjoni. Fil-fatt bħalissa qal is-Sur Cutajar qed isir xogħol fuq żewġ one-stop-shops oħra – wieħed fuq servizzi offruti mill-Ministeru għall-Familja u l-ieħor mill-Ministeru għall-Finanzi dwar it-tassazzjoni.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li l-one stop shop fil-Ministeru tal-Edukazzjoni se jelimina l-iskariġġ għaċ-ċittadin meta jkollu bżonn informazzjoni jew assistenza marbuta ma’ servizzi edukattivi.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Mandy Vella li għandha 24 sena biss qed tgħix bi tbatija kbira minħabba li tbati b’Cystic Fibrosis. Hija tgħid li din qed taffettwalha l-pulmun u l-firxa, tbati bil-qtugħ ta’ nifs…

Avjazzjoni

Fl-istorja Maltija tal-avvjazzjoni, l-1969 ma kinitx l-isbaħ paġna. F’temp ta’ tliet xhur, nofs seklu ilu, seħħew żewġ disgrazzji tal-ajru b’ajruplani militari. L-istorja tagħhom hija fost kważi elf inċident tal-ajruplan li…

Lokali

Il-Fondazzjoni Blue Light, imwaqqfa mis-Surġent Simon Schembri mistennija tiftaħ l-ewwel dar tagħha biex tilqa’ fiha uffiċjali tal-forzi dixxiplinati li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Il-Ħadd filgħodu f’Ħal Safi saret attività…

Għawdex

Dalgħodu f’Dar Arka, Għajnsielem, saret quddiesa mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech bħala talba ta’ radd il-ħajr lil Alla fi tmiem il-mandat tal-President Marie-Louise Coleiro Preca. Fi kliem il-President, l-Ewkaristija…

Aktar