Barranin
Operazzjoni madwar l-Ewropa kontra l-mafja ‘Ndrangheta

Il-Pulizija fl-Italja, il-Belġju, l-Ġermanja u l-Olanda mmuntaw operazzjoni kontra membri tal-Mafja Taljana ‘Ndrangheta.

Ġew arrestati minn tal-anqas 90 persuna, fosthom membri għolja tal-grupp mafjuż. Instabu wkoll aktar minn 3 tunnellati ta’ kokaina u mal-140 kilogramm ta’ ecstasy.

Elevati wkoll miljuni ta’ ewro minn ħasil ta’ flus minn negozji u djar li kienu fil-mira tal-operazzjoni tal-Eurojust ‘Pollino’ li ilha għaddejja sentejn.

L-għeruq tal-mafja ‘Ndrangheta jinsabu Kalabrija.  Hu maħsub li din tikkontrolla sa 80% tan-negozju tal-kokaina fl-Ewropa u tħaddan mas-6,000 membru.

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May se tibqa’ fil-kariga wara li kisbet vot ta’ fiduċja llejla u b’hekk se tibda tmexxi lill-Partit Konservattiv Ingliż. Hija rebħet b’200 vot favur u 117…

Trump

Tliet snin ħabs għal Michael Cohen, li kien l-avukat personali tal-President Amerikan Donald Trump waqt il-kampanja presidenzjali. Quddiem il-Qorti Federali Amerikana, Cohen ammetta l-akkużi li kien il-moħħ wara l-ħlas lil…

Barranin

Fi Franza tkompli t-tfittxija għall-aggressur li t-Tlieta filgħaxija spara diversi tiri fis-suq tal-Milied f’Strasburgu u qatel żewġ persuni. Il-qattiel ġie identifikat bħala Cherif Chekatt u għandu 29 sena. Fi Strasburgu…

Barranin

Triq fil-Ġermanja ġġammjat wara li nksiet biċ-ċikkulata. Dan wassal biex inħolqot konġestjoni tat-traffiku. It-triq f’Westönnen ingħalqet wara li tank mimli ċikkulata ġo fabbrika nxtered fit-triq. Iċ-ċikkulata f’ħakka t’għajn għaqdet u…

Aktar