Kurżitajiet
Operazzjoni ta’ salvataġġ mhux tas-soltu fil-Ġermanja

Ħaddiema tal-protezzjoni ċivili kienu involuti f’operazzjoni ta’ salvataġġ mhux tas-soltu hekk kif far sab ruħu f’diffikultà f’belt fil-Ġermanja.

Jidher li l-far prova jgħaddi minn toqba f’tappiera iżda weħel minn qaddu l’isfel.

L-operazzjoni ta’ salvataġġ, li ħadet madwar 25 minuta, spiċċat b’wiċċ il-ġdid hekk kif il-far ġie rilaxxat fl-għelieqi.

L-uffiċjali tal-protezzjoni ċivili fi stqarrija qalu li kull annimal ħaqqu r-rispett anke l-firien.

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Missier, ibnu u t-tfajla tiegħu jistgħu jgħodduha b’waħda hekk kif ġew salvati bit-traskuraġni ta’ ħaddieħor. Curtis Whitson flimkien ma’ ibnu u t-tfajla tiegħu ddeċidew iqattgħu xi jiem jesploraw ix-xmara Arroyo…

Barranin

Żagħżugħ li jaħdem f’pompa tal-petrol f’Milan qed ikun meqjus eroj wara li salva tifel ta’ 5 snin li waqa’ minn gallarija fit-tieni sular. Angel Micael Vargas Fernandez, li huwa mill-Arġentina…

Kurżitajiet

Ħadd ma basar li mill-Palazz Blenhein, seta’ jinsteraq loki tad-deheb li kien imwaħħal b’kollox mas-sistema tad-drenaġġ. Il-loki, ta’ 18-il karat deheb pur, inġarr minn grupp ħallelin fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu….

Barranin

Żewġ żgħażagħ fil-Bulgarija kellhom avventura ikbar milli stennew meta ħadu dawra bil-parachute fuq il-baħar. Waqt li kienu qed jinġibdu bl-ispeedboat, taħthom raw kolonja kbira ta’ bram, u ma setgħu jagħmlu…

Aktar