Lokali
Opportunità biex min iżur il-mużew il-ġdid tal-arti jiskopri l-muża li kellu l-artist

Il-mużew il-ġdid tal-arti, MUŻA, se jkun differenti minn oħrajn għax fih il-viżitatur, apparti li jammira x-xogħlijiet tal-arti esebiti, se jkun mgħejjun jifhem u possibilment jiskopri l-muża li kellu l-artist meta ħoloq jew ipprova joħloq il-pittura, l-iskultura jew l-oġġetti artistiċi.

Sa tmiem din is-sena fil-Berġa tal-Italja għandu jinfetaħ il-mużew il-ġdid tal-arti: MUŻA, maħsub li l-arti tintlaħaq u tinftiehem minn kulħadd.

Il-kuratur tal-mużew Sandro Debono spjega li dan hu wieħed mill-proġetti ewlenin ta’ Valletta 2018 u għandu l-ħsieb li l-arti u l-wirt kulturali jkunu aktar aċċessibli għan-nies.

Sandro Debono qal “li inti għalkemm forsi ma jkollokx expertise jew forsi ma tkunx daqshekk intiż fl-arti inti għandek livelli t’aċċess u mod faċli kif inti tista’ tifhem min kien l-artist, il-mod kif l-artist spira ruħu u fl-aħħar mill-aħħar kif l-artist hu bniedem bħalna”.

Bil-ħsieb li kull min se jżur il-MUŻA japprezza aħjar ix-xogħol esebit, ġie deċiż li t-teknoloġija tintuża fil-milja kollha tagħha biex wieħed jifhem l-istorja tal-arti u possibilment l-ispirazzjoni tal-artist.

Għaldaqstant tul l-aħħar sena diversi artisti professjonali ħadmu materjal awdjo-viżiv li se jkun għall-wiri fil-mużew fosthom il-ħolqien tal-monument ‘is-Suldat mhux magħruf’ tal-iskultur Malti, Antonio Sciortino li kien baqa’ fuq il-karta iżda jingħad li kien ta’ ispirazzjoni għal monumenti oħra tax-xorta madwar id-dinja.

Sandro Debono qal li “illi ma nbeniex ma nafux għaliex imma probabbli li waħda mir-raġunijiet kienet l-aspett finanzjarju imma t-teknoloġija llum ittik il-possibiltà li tibnih u toħloq esperjenza daqslikieku nbena b’mod fiżiku jew qrib jiġifieri dan kollu qed jagħti stampa ħafna aktar artikolata u aċċessibli għal dak li hu marbut mal-istorja tal-arti f’Malta ambizzjoni tal-artist tul iż-żmien”.

B’kollox inħadmu 21 biċċa xogħol awdjo-viżiva wħud minnhom interattivi maħsuba li l-viżitaturi jesperjenzaw il-mużew, ikunu kritiċi, isaqsu l-mistoqsijiet u possibilment tiġihom il-muża għall-arti.

Il-proġett huwa parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, parti mill-Fond Ewropew għall-Iżvillup Reġjonali – Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat qal li hu l-iktar prim ministru li reħa poteri minn idejh. Dr Muscat qal li l-prim ministri kollha ta’ qablu kellhom aktar…

Politika

L-aħħar dwell politiku bejn iż-żewġ mexxejja politiċi ewlenin f’dibattitu televiżiv kien mill-aktar ċivili bil-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jesponu l-argumenti tagħhom li jirribattu b’korteżija l-argumenti ta’…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li fi ftit snin, il-Gvern irnexxielu jkasbar isem Malta li dejjem gawdiet reputazzjoni tajba taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti. F’attività politika fil-Mosta, Dr Delia qal li…

Aktar