Lokali
Opportunità biex nies li ma jistgħux joħorġu mid-dar jissellfu kotba mil-librerija

F’Bormla, nies li ma jistgħux joħorġu mid-dar qed jingħataw servizz li jagħżlu l-kotba li jixtiequ jissellfu u jitwaslulhom id-dar. Sadanittant, il-Gvern nieda skema ta’ għajnuna lill-kunsilli lokali biex jinvestu fil-libreriji tal-lokalitajiet tagħhom.

Is-sena li għaddiet qabżu l-miljun l-kotba li ġew mislufa mil-libreriji pubbliċi. Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatisitka dan ifisser żieda ta’ tnax fil-mija meta mqabbel mal-2017. Wieħed minn kull tliet persuni li sselfu kotba kienu adulti.

Id-direttur għall-istrateġija u l-implimentazzjoni tal-miżuri fid-diviżjoni għall-Gvern Lokali Marisa Pisani qalet li fl-aħħar snin sar sforz biex il-libreriji pubbliċi ma jisilfux biss il-kotba.

“Il-libreriji qed jiġu żviluppati f’hubs soċjali fejn bniedem jista’ jintegra, nagħtu sens ta’ inkluzjoni, meta tiżviluppa l-librerija u tagħmel fihom attivitajiet kulturali u rikreattivi, tkun qed tpħloq lok fejn isir post ta integrazzjoni”.

Hija qalet li diversi kunsilli lokali qed jinvestu f’aktar kotba f’lingwi differenti għall-ħtiġijiet ukoll tal-barranin li jgħixu f’Malta.

Is-Sinjura Pisani semmiet inizjattivi li għaddejjin bħalissa, fosthom li qed jinġabru riċetti antiki biex jiġu preservati fil-libreriji pubbliċi u servizz biex jitwasslu kotba fid-djar ta’ min ma jistax joħroġ minn daru.

“Kienet inizjattiva tal-Kunsill ta’ Bormla li ħolqu mekkanizmu li l-lista ta’ kotba available fil-kunsill tkun tista tkun aċċessibli għal persuni li ma joħorġux mid-dar, li jagħmlu demand għal dawk il-kotba speċifikati u jitwasslu fid-djar tagħhom.”

F’dan l-isfond, il-Ministru Owen Bonniċi u s-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis ħabbru t-tieni skema biex il-Kunsilli jagħmlu investiment fil-libreriji pubbliċi tal-lokalitajiet taghhom. Fl-ewwel skema, ibbenefikaw 40 librerija wara għotja ta’ kważi mitt elf ewro. Din l-iskema hija parti minn fond ta’ ħames miljun ewro allokat biex il-kunsilli jwettqu proġetti u inizjattivi matul is-sena li ġejja.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa ħarġu 55 każ ġdid u fiequ 13-il persuna. B’hekk b’kollox hawn 528 każ attiv. Dan wara li saru rekord ta’ swab tests – 2,485. Fl-aġġornament mediku, il-Ministeru…

Lokali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Silvio Parnis ħabbar li se ssir is-seba’ edizzjoni tal-Premju Anzjanità Attiva 2020, b’din id-darba se jiġu ntrodotti żewġ premji ġodda, Premju għall-anzjanità attiva…

Edukazzjoni

Nhar l-Erbgħa, it-12 ta’Awwissu, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bi sħab mal-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, nediet kompetizzjoni bil-għan li tkompli tqajjem kuxjenza fuq l-importanza li nibżgħu għall-bajjiet u l-ambjent marittimu…

COVID-19

Ta’ kuljum qed isiru ammonti kbar ta’ testijiet għall-coronavirus. F’dan ix-xenarju, Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed mill-ġdid ifakkar li dawk il-persuni li jkunu qed jistennew biex jagħmlu t-test, jew ikun…

Aktar