Lokali
Opportunità għall-Kunsilli Lokali u l-għaqdiet biex iwettqu proġetti ambjentali

Ser tingħata opportunità oħra lill-Kunsilli Lokali u lill-Għaqdiet li jixtiequ jwettqu proġetti ambjentali bil-għan lil lokalitajiet isiru aktar ħodor. Il-Ministru tal-Ambjent Aaron Farrugia ħabbar riforma fil-fond tal-Awtorità tal-Ippjanar għall-Iżvilupp biex dan jalloka fondi għal proġetti ambjentali tal-Kunsilli Lokali u ta’ għaqdiet oħrajn.

Riforma fil-Fond għall-Iżvilupp tal-Awtorità tal-Ippjanar ser tgħin lill-Kunsill Lokali wettqu proġetti ambjentali biex isebbħu l-lokalitajiet tagħhom b’fondi li jinġabru fil-proċess tal-permessi li jinħarġu mill-Awtorità tal-Ippjanar. Il-Ministru tal-Ambjent Aaron Farrugia qal li b’din ir-riforma ser isaħħaħ l-impenn u l-finanzjament għall-manutenzjoni u għal proġetti ambjentali bħal ġonna mal-ħitan u għal spazji pubbliċi.

“Is-soltu jieħdu 70% tal-proġett bħala co-financing, din id-darba qed ngħidu li jekk il-Kunsilli Lokali jġib fuq il-mejda proġett ambjentali jieħu 100% tal-fondi li nefaq. Jekk imur għall-vertical green wall li qed nippromwovu l-għotja tkun 105% jiġifieri over and above għall-manutenzjoni tiegħu.”

Il-Ministru Farrugia qal li b’din ir-riforma ser jissaħħu l-kunċetti ta’ Green Your Life u Grey to Green bil-għan li l-lokalitajiet jingħataw spinta ambjentali għall-benefiċċju tar-residenti. Qal li din l-inizjattiva hija ħolqa oħra fil-viżjoni ambjentali tal-Awtorità tal-Ippjanar.

“L-Awtorità ser tara rifoma oħra fil-fond tal-Iżvilupp, Development Planning Fund, li ġie mwaqqaf fil-liġi tal-2016. Din ser tkun riforma importanti għall-Kunsilli Lokali li huma l-ikbar benefiċċjarji ta’ dan il-fond.”

Ir-riforma ser tagħmilha possibli li l-Għaqdiet Mhux Governattivi ser ikollhom 20 % tal-fond allokat għalihom filwaqt li ser jiżdied b’10% l-fond allokat għall-proġetti li minnhom jibbenefikaw persuni b’diżabilità.

Il-Ministru qal li kull Kunsill Lokali issa jista’ jibbenefika sa massimu ta’ 7 miljun ewro bil-għan li bil-proġetti ambjentali jtaffi l-effetti tal-iżvilupp urban. Anke l-inizjattiva “Sebbaħ il-Lokal” ser tkun estiża sa Diċembru tal-2022 biex ikompli jissebbaħ l-ambjent fil-lokalitajiet.

Aħbarijiet Oħra
Solidarjetà

Il-Prim Ministru Robert Abela, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kif ukoll is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ma kellhomx biżżejjed kliem ta’ tifħir għall-voluntiera li offrew 10,000 siegħa…

Kronaka

Raġel ta’ 33 sena minn Ta’ Xbiex weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7am fi Triq Tul il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq. Jidher li għal xi raġuni r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur…

COVID-19

Raġel ta’ 56 sena huwa t-tmien vittma tal-Covid-19 f’Malta. Huwa miet il-lejl li għadda fl-Isptar Mater Dei. Waqt li tat rendikont tas-sitwazzjoni, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci tat il-kondoljanzi…

Saħħa

Wara li saru konsultazzjonijiet mal-Awtorità tas-Saħħa Pubblika, minn nhar it-Tnejn l-1 ta’ Ġunju se jerġgħu jibdew jiġu offruti numru ta’ servizzi fil-komunità mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Madanakollu diversi istruzzjonijiet…

Aktar