Opportunità għaż-żgħażagħ biex isemmgħu leħinhom fuq diversi temi

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius qal li se jingħata spazju lil-leħen ż-żgħażagħ sabiex jitgħallmu jimirħu permezz ta’ djalogu strutturat u jkunu parti mid-deċiżjonijiet li jittieħdu għalihom.

Huwa u jżur il-Europinion Booth li kienet tinsab fi pjazza Teatru Rjal il-Belt Valletta, tkellem maż-żgħażagħ preżenti u ħeġġiġhom  sabiex jipparteċipaw f’inizzjattivi ta’ din ix-xorta li jgħinuhom jikbru soċjalment.

Din l-inizzjattiva hija parti minn kampanja Ewropea, li f’Malta qiegħda ssir permezz ta’ Aġenzija Żgħażagħ, bl-għan prinċipali jkun li ż-żgħażagħ ta’ bejn it-13 u 30 sena, ikollhom l-opportunità li jsemmgħu leħinhom fuq temi diversi fosthom il-politika taż-żgħażagħ kemm dik nazzjonali u anke dik Ewropeja.

european boot (2)Il-mobile video booth ser jippreżenta il-mistoqsijiet li ħarġu mill-Presidenza Latvjana tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja u ser ikun qiegħed iżur postijiet li huma frekwentati miż-żgħażagħ fosthom l-MCAST.

Permezz ta’ mobile video ser ikun qed jiġi reġistrat dak li għandhom xi jgħidu ż-żgħażagħ f’din il-Kampanja Spread (Out) Reach sabiex huma jħossuhom parti mid-deċiżjoni li jittieħdu speċjalment f’dak kollu li jikkonċerna lilhom.

Bħala inċentiv biex aktar żgħażagħ jagħtu s-sehem tagħhom f’din l-inizzjattiva, dawk li jipparteċipaw jistgħu jirbħu l-opportunita’ li jattendu l-Konferenza taż-Żgħażagħ li ser issir fil-Latvja f’Marzu li ġej.

Preżenti wkoll il-Kap Eżekuttiv ta’ Aġenzija Żgħażagħ Miriam Teuma.