Kronaka
Oqgħod attent jekk iċemplulek taparsi mid-dipartiment tat-taxxa

Il-Pulizija wissiet lill-pubbliku biex joqgħod attent jekk jirċievi xi telefonati, fejn dak li jċempel jgħid li huwa minn xi dipartiment tal-gvern, partikolarment mid-dipartiment tal-Inland Revenue.

Il-Pulizija qalet li t-telefonati qed isiru minn numri lokali, u l-persuni jġibu l-iskuża li qed iċemplu minħabba li d-dipartiment qed jagħti rifużjonijiet tat-taxxa relatati mal-Covid-19.

Hawnhekk min jirċievi t-telefonata jintalab jagħti d-dettalji bankarji tiegħu, biex taparsi d-dipartiment ikun jista’ jibgħat ir-rifużjoni.