Saħħa
Oqgħod attent jekk tilbes il-contact lenses

Studju ġdid sab li fost dawk li jilbsu l-contact lenses fir-Renju Unit kellhom infenzjoni f’għajnejhom.

Riċerkaturi fil-University College London sabu li l-infenzjoni fil-kornea, magħrufa bħala Acanthamoeba keratitis, kważi triplat mill-2011 ‘l hawn. L-effetti ta’ din l-infenzjoni huma uġigħ qawwi u ttellef il-vista sa 75%.

Studji jgħidu li 2 minn kull 100,000 persuna li jilbsu l-contact lens ħadu din l-infenzjoni s-sena l-oħra fir-Renju Unit. Bejn l-2011 u l-2016 kien hemm mal-50% tan-nies li jilbsu l-contact lenses b’din l-infenzjoni, fejn is-snin ta’ qabel il-medja kienet ta’ 18%.

Konsulent fl-isptar tal-għajnejn qal li din l-infenzjoni hija rari imma min jimrad biha jkaxkar biha tul ta’ żmien. Huwa qal li 70% ta’ dawk li fiequ minnha ħadu sena u 30% damu jkaxkru aktar.

Intant l-istudju sab li jekk wieħed jinħasel jew anke jaħsel wiċċu bil-contact lenses ikun qed iżid ir-riskju li jieħu din l-infenzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Pulizija Franċiża qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex isibu lil Cherif Chekatt li għamel ħerba f’Strasbourg it-Tlieta li għadda. Chekatt spara fuq in-nies li kienu qegħdin jiddevertu fis-Suq tal-Milied ta’ Strasbourg….

Barranin

Raġel minn Sardenja mwieled il-Belġju kien qiegħed joffri lill-kelb tiegħu għal servizzi sesswali biex minnu jaqla’ x’jiekol. L-istorja ħarġet fil-beraħ wara li r-riklam għas-servizz spiċċa f’idejn il-ġurnalist u konduttur Luciano…

Barranin

Il-Prim Ministru Theresa May tinsab fi Brussell għal summit tal-Kunsill Ewropew, jum wara li salvat minn vot ta’ sfiduċja kontriha mitlub minn membri parlamentari tagħha tal-Partit Konservattiv. Fl-ewwel kummenti mal-wasla…

Barranin

Patri buddista li kien qed jimmedita ġo foresta fl-Indja nqatel minn leopardu. Il-każ seħħ fl-istat Maharashtra, meta Ragul Walke kien qed jimmedita taħt siġra fil-foresta Tadoba. F’din il-foresta, li hija…

Aktar