Qorti
Ordnat iħallas għall-ħsara li għamel u jitpoġġa taħt probation

Somalu li jgħix il-Marsa tpoġġa taħt probation għal tliet snin u ġie ordnat iħallas għall-ħsara li għamel wara li ammetta li m’obdiex l-ordinijiet tal-pulizija, ħebb għalihom u għamel ħsara fi tliet vetturi.

Hu kien akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika.  Il-każ seħħ fl-4 ta’ Frar fil-Marsa.