Qorti
Ordnat jagħmel xogħol fil-komunità wara li ta xebgħa lil żagħżugħ f’inċident tat-traffiku

Philip Cauchi ta’ 45 minn Ħaż-Żebbuġ ġie ordnat mill-Qorti jagħmel 480 siegħa xogħol fil-komunità wara li fl-2006 ta xebgħa lil sewwieq ta’ dsatax -il sena wara inċident tat-traffiku.

Cauchi kien passiġġier fil-vettura misjuqa mis-sieħba tiegħu li kienet involuta f’inċident tat-traffiku ma’ karozza misjuqa minn student ta’ 19-il sena. Is-Sur Cauchi ħareg mill-karozza u ta xebgħa lill-istudent bil-konsegwenza li kkawżalu ġrieħi gravi f’wiċċu u f’partijiet oħra f’ħismu.

L-akkużat ammetta li fil-ħin li ġara l-każ kien tilef il-kontroll, iżda minħabba l-fatt li kellu kondotta nadifa, il-Qorti ddeċidiet li tagħtih sentenza ta’ xogħol fil-komunità.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġt irġiel indarbu meta ttajru minn vettura f’B’Kara. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30am, bil-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Dun Karm, Birkirkara. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih…

Kronaka

Raġel sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq Sqaq iċ-Ċawla. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li seħħet ħabta bejn żewġ…

Lokali

Inqas minn ġimgħatejn bogħod mill-Milied xi ħadd se jkun qiegħed jiċċelebraħ bħala miljunarju hekk kif illejla ntrebħet is-Super 5. Skont il-Maltco, kien hemm biljett wieħed li rnexxielu jaqta’ l-5 numri…

Partit Laburista

F’ċerimonja fuq il-mafkar ta’ Jum ir-Repubblika fi Triq Diċembru 13 il-Partit Laburista sellem lil Malta Repubblika. Fi stqarrija ngħad li l-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar is-sinjifikat ta’ din il-ġrajja…

Aktar