Qorti
Ordnata tħallas €1,000 wara kumment li kitbet fuq Facebook

Jasmine Urry ġiet ordnata tħallas €1,000 wara kitba li kitbet fuq Facebook.

Fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale nstema’ li Charmaine Martin li taħdem bħala pet groomer kienet għalqet il-ħanut għal xi żmien minħabba raġunijiet ta’ saħħa. Meta kienet se terġa’ tibda topera bagħtet sms lill-klijenti tagħha. L-akkużata, Jasmine Ury weġbitha lura li ma kienx beħsiebha tmur għandha minħabba li kienet ibblokjatha minn fuq Facebook wara li kienet qaltilha biex ma tibqax tikteb kontra l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fuq Facebook.

Il-Qorti semgħet li Jasmine Ury tellgħet kitba fi grupp magħluq bl-isem ta’ Grupp PN b’żewġ ritratti li juru ż-żewġ messaġġi li bagħtu lil xulxin. Min-naħa tagħha Charmaine talbitha biex tneħħi dik il-kitba iżda kien kollu ta’ xejn, liema kumment tneħħa aktar tard mill-amministratur tal-grupp.

Charmaine saħqet li dil-kitba għamlitilha l-ħsara. Min-naħa tagħha l-Qorti osservat li dak il-kumment sar mingħajr bażi bil-għan li ssir ħsara lil Charmaine.

Il-Qorti esprimiet it-tħassib tagħha dwar kif qed tiġi użata l-midja soċjali, fejn qed isservi bħala għodda ta’ tgħajjir u tkasbir. Saħqet li hemm bżonn li kulħadd jagħraf l-ħsara li l-mezzi soċjali jistgħu jagħmlu.

Għaldaqstant il-Qorti ddeċidiet li Jasmine Urry tħallas lil Charmaine Martin €1,000 bħala danni.

 

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar