Edukazzjoni
Ordnati azzjonijiet industrijali fl-iskejjel tal-Gvern u tal-Knisja

Il-Union of Professional Educators ordnat azzjonijiet industrijali fl-iskejjel tal-Gvern u tal-Knisja.

Il-Kap Eżekuttiv tal-UPE, Graham Sansone, allega li d-Dipartiment tal-Edukazzjoni mhux iħallas lill-edukaturi tas-sahra kollha li qed jagħmlu waqt is-superviżjoni fit-trasport tal-iskejjel. Hu qal li l-edukaturi qed jagħmlu tliet sigħat sahra kuljum iżda qed jitħallsu ta’ sagħtejn.

Is-Sur Sansone qal li inġustizzja oħra nħolqot minħabba dak li sejjaħ nuqqas ta’ ħsieb fil-ftehim settorjali li ġie ffirmat sentejn ilu. Hu qal li l-edukaturi fil-grad ta’ LSEs qed jitħallsu inqas mil-LSEs li daħlu wara l-iffirmar tal-ftehim. Is-Sur Sansone qal li l-Union qed titlob li l-edukaturi jingħataw il-flus dovuti lilhom.

Il-UPE qed tordna lil-LSEs biex fost oħrajn ma jagħmlux laqgħat mal-ġenituri ta’ studenti b’diżabilità u ma jagħmlux verżjoni eħfef tal-lezzjonijiet lill-istudenti tagħhom. Il-Kap Eżekuttiv qal li jekk is-sitwazzjoni tibqa’ kif inhi, il-UPE se tħabbar aktar direttivi nhar it-Tnejn.

Sadanittant, il-Union tal-Għalliema fi stqarrija qalet li l-Ministeru għall-Edukazzjoni kkonferma li l-ħlas tas-supervisors fit-trasport tal-iskejjel se jibqa’ l-istess bħas-sena skolastika li għaddiet. Dwar l-anomaliji fil-ħlas tal-LSEs, l-MUT qalet li tat direttivi jumejn ilu u t-taħditiet mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni biex din il-kwistjoni tissolva, se jissuktaw għada.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Mit-Tnejn li ġej l-Università ta’ Malta se jibdew ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni għal tliet elef u ħames mitt student, li aktar minn sittin fil-mija minnhom huma nisa. F’quddiesa ta’ ringrazzjament, l-Isqof…

Statistika

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li kien hemm 31 studenti tfajliet li ġew riferuti lis-servizz Għożża tul is-sena skolastika li għaddiet. Is-servizz Għożża joffri għajnuna lil tfajliet fl-età tal-iskola obbligatorja…

Lokali

565 persuna kienu rrapportati lill-Pulizija bħala nieqsa mill-bidu tas-sena sa tmiem Settembru. Minn dawn il-persuni 514 instabu waqt li 51 oħra għadhom irrapurtati nieqsa. Dan it-tagħrif ingħata fil-Parlament mill-Ministru għall-Affarijiet…

Aktar