Lokali
Ordnati jħallsu €117,000 f’danni wara li sawtu raġel waqt il-kunċert tal-Isle of MTV

Il-Qorti ordnat żewġt irġiel jħallsu s-somma ta’ €117,000 f’danni lill-konsulent ortopediku, li nstabu ħatja li sawtuh waqt il-kunċert tal-Isle of MTV tal-2013.

Il-konsulent Jason Zammit spiċċa msawwat wara li ż-żewġ akkużati Chris Joseph Griffiths u Anuy Ogunbiyi, marru għalih u qabdu jtuh wara li tliet kwarti qabel kien prova jikkonvinċihom biex ma joqogħdux jaqbżu u jdejqu n-nies li kienu madwarhom fuq il-fosos dakinhar tal-kunċert. Huma ċaħdu l-akkużi kontrihom.

Fil-Qorti quddiem l-Imħallef Lawrence Mintoff ħareġ ukoll li anke l-pulizija stess wissew liż-żewġ akkużati biex jieqfu u dawn telqu ‘l hemm iżda ġew lura daqs tliet kwarti wara u sabu lis-Sur Zammit u tawh xebgħa ponn.

Il-Qorti ċaħdet ukoll allegazzjoni ta’ Griffiths li Zammit għadda rimarki razzisti fil-konfront ta’ Ogunbiyi, bl-Imħallef Mintoff jgħid li bl-ebda mod dan ma seta’ jiġġustifika l-fatt li Griffiths u Ogunbiyi marru lura tliet kwarti wara biex isibu u jsawtu lil Zammit.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat qal li hu l-iktar prim ministru li reħa poteri minn idejh. Dr Muscat qal li l-prim ministri kollha ta’ qablu kellhom aktar…

Politika

L-aħħar dwell politiku bejn iż-żewġ mexxejja politiċi ewlenin f’dibattitu televiżiv kien mill-aktar ċivili bil-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jesponu l-argumenti tagħhom li jirribattu b’korteżija l-argumenti ta’…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li fi ftit snin, il-Gvern irnexxielu jkasbar isem Malta li dejjem gawdiet reputazzjoni tajba taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti. F’attività politika fil-Mosta, Dr Delia qal li…

Aktar