Politika
“Ottimist li se nġibu pakkett finanzjarju tajjeb” – il-PM dwar in-negozjati tal-baġit Ewropew

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela tkellem fuq l-ewwel summit tiegħu fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fejn beda jigi diskuss il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li gejjin.

F’kollegament fuq One Radio, Dr Abela qal li wieħed irid jaħdem b’mod intensiv għal ftehim u għal pakkett finanzjarju tajjeb għal Malta. Stqarr li fattur ewlieni huwa l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea li ifisser tnaqqis ta’ €60 biljun fil-baġit tal-Unjoni Ewropea.

Il-Prim Ministru spjega li s-suċċess ekonomiku li Malta kellha fl-aħħar snin se jkollu jinfluwenza l-pakkett finanzjarju għaliex fir-regoli finanzjarji tal-Unjoni Ewropea Malta ma tibqax intitolata għall-akbar ammont ta’ fondi possibbli. Dwar il-politika agrarja, Dr Abela qal li hemm diskrepanzi għaliex Malta tħallas sitt darbiet iktar milli tirċievi, u issa fil-baġit propost hemm li Malta trid tħallas għaxar darbiet iktar.

Il-Prim Ministru qal li fil-Kunsill insista biex Malta ma tibqax tiġi żvantaġġjata, anke f’taħdidiet li kellu mal-President tal-Kummissjoni u mal-President tal-Kunsill. Qal li minkejja li kienu jumejn iebsin ħafna fi Brussell, jinsab ottimist li fin-negozjati għal dan il-baġit se jirnexxilu jġib ftehim raġjonevoli għal Malta.

Dr Abela spjega li l-Parlament Ewropew irid li l-baġit tal-Unjoni Ewropea jiżdied, u allura jrid jintlaħaq bilanċ bejn dak li qed jitlob il-Parlament, dak li ipproponew il-Kunsill u l-Kummissjoni.

Il-Prim Ministru qal fi Brussell, il-kapijiet tal-istati membri laqgħuh b’mod tajjeb ħafna, b’reazzjoni pożittiva mill-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli u l-vici president tal-kummissjoni Frans Timmermans, li qal innotaw l-bidliet li seħħew fl-ewwel ġranet ta’ din is-sena.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

81 persuna ġew immultati llum wara li nqabdu fi gruppi t’aktar minn 3 persuni. B’kollox il-multi ammontaw għal €8,100 f’inqas minn 24 siegħa. Dawn il-miżuri ttieħdu mill-Gvern biex tiġi kkontrollata…

COVID-19

Kwarantina obbligatorja b’effett immedjat fiċ-ċentru miftuħ f’Ħal Far fejn jgħixu madwar elf resident. Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet il-Ħadd filgħaxija. Il-Ministru Fearne qal li…

COVID-19

Wara li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri ħabbru li r-residenti taċ-ċentru miftuħ f’Ħal Far jinsabu fi kwarantina, huma ressqu appell għal min…

COVID-19

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li tliet pazjenti oħra fiequ mill-COVID-19. Dan ifisser li s’issa fiequ 5 persuni. Huwa ħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.  

Aktar