Lokali
Pajjiżi Ewropej fil-Mediterran jiddiskutu l-irkupru mill-COVID-19 u l-immigrazzjoni

Il-Gvern Malti se jkompli jikkopera mal-kumplament tal-istati membri biex jkun hemm kordinament fir-rilaxx tal-miżuri, speċjalment dawk li għandhom x’ jaqsmu mal-fruntiera.

F’laqgħa tal-Ministri responsabbli mill-Affarijiet Ewropej tal-istati membri fil-Mediterran, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi qal li l-gvern spjega li filwaqt li l-ajruport se jiftaħ fl-ewwel ta’ Lulju, ir-restrizzjonijiet se jkunu rilaxxati biss għal dawk il-pajjiżi li għandhom sitwazzjoni epidemjoloġika simili.

Qal li dan se jassigura li kemm is-saħħa ta’ turisti kif ukoll is-saħħa taċ-ċittadini Maltini tkun protetta.

Rigward is-sitwazzjoni ekonomika u l-irkupru ekonomiku wara l-COVID-19, is-Segretarju Parlamentari Zrinzo Azzopardi nnota li f’Malta l-gvern assista l-intrapriżi biex iżomm il-livell tal-qgħad baxx u baqa’ kommess jagħmel dan permezz ta’ baġit li se jitħabbar fil-jiem li ġejjin.

Qal li dan se jkun akkumpanjat mal-assistenza li qed tiġi negozjata fuq livell Ewropew biex tgħin fil-qawmien ekonomiku tal-istati membri permezz ta’ ‘Recovery Plan’ li tħabbar riċentament mill-Kummissjoni. Malta se tkompli tinnegozja b’mod kostruttiv biex isir qbil li jirrikonoxxi l-bżonnijiet ta’ Malta.

F’din il-laqgħa, il-Ministri tal-Greċja, Ċipru, Franza, l-Italja, il-Portugall, Spanja u Malta qasmu ħsibijiethom fuq l-aktar kwistjonijiet kurrenti u sfidi li qed jiġu diskussi fuq livell Ewropew. Huma qablu fuq stqarrija konġunta li tirrifletti r-riżultati miksuba waqt din il-laqgħa stess.

Temi oħra li ġew diskussi jinkludu l-immigrazzjoni u l-bżonn li tinstab soluzzjonijiet komuni għal din l-isfida u l-pajjiżi ġirien fin-naħa ta’ isfel mal-Ewropa.

Is-Segretarju Parlamentari tenna l-appell tal-gvern għas-solidarjetà bejn il-pajjiżi Ewropej fid-dawl tal-pressjonijiet disproporzjanati li Malta qed taffaċċja fl-immigrazzjoni. F’dan ir-rigward saret referenza lejn il-bżonn ta’ kordinament bejn il-pajjiżi ta’ tluq u dawk ta’ tranżitu, flimkien mal-istabbiltà fil-Mediterran.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għandha 19-il sena u ma’ TVM irrakkuntat it-trawma kbira li għaddiet minnha minħabba dak li sejħet estremiżmu fit-twemmin ta’ komunità Nisranija. Amy Attard tirrakkonta kif minħabba hekk qed jitkissru għadd…

Riċerka

Il-lenti tal-kamera provdiet għodda lill-fotografi matul is-snin, biex bir-ritratti tagħhom iħallu xhieda tal-passaġġ tal-istorja. Il-fotografu professjonali Kevin Casha ġabar riċerka fuq kważi mitejn sena ta’ fotografija f’pubblikazzjoni li fiha ritratti…

Ippjanar u bini

Proġett li jekk ikun approvat mistenni jbiddel il-kunċett tat-trasport u l-presenza tal-vetturi fit-toroq. Studju dwar il-possibbiltà ta’ proġett ta’ Metro jew Monorail mistenni jkun ippublikat dalwaqt bil-Prim Ministru Robert Abela…

Aktar