Lokali
Bżonn li jinħareġ mill-ġdid iċ-ċertifikat tal-vaċċin għal xi wħud li ħadu t-tilqima tal-Johnson & Johnson

L-awtoritajiet tas-saħħa Maltin qegħdin jerġgħu joħorġu ċ-ċertifikat tal-vaċċin lil għadd ta’ persuni li tlaqqmu bit-tilqima tal-kumpanija Johnson & Johnson.

Dan wara li għadd ta’ Maltin li kienu msifrin f’għadd ta’ pajjiżi Ewropej fosthom il-Lussemburgu, l-Iżvizzera u Franza sabu xkiel biex jidħlu f’għadd ta’ stabbilimenti tal-ikel meta ppreżentaw iċ-ċertifikat tal-vaċċin, minħabba problema teknika.

Kelliema għall-Ministru tas-Saħħa ġiet kwotata tgħid li min ħa l-Johnson & Johnson u se jmur il-Lussemburgu, l-Iżvizzera jew Franza mħeġġeġ jagħmel kuntatt mal-awtoritajiet tas-saħħa billi jċempel fuq 145 jew billi jibgħat email fuq [email protected] biex jerġa’ jinħariġlu ċ-ċertifikat.