Barranin
Pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jilmentaw li qed jirċievu t-tilqima tard

Għadd ta’ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea qed jilmentaw li qed jirċievu dożi tat-tilqima tal-Pfizer-BioNTech inqas minn dak mifthiem.

L-Iżvezja, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Litwanja, il-Latvja u l-Estonja qalu li s-sitwazzjoni hija inaċċettabbli u ttellef mill-kredibbiltà tal-proċess ta’ tilqim.

Il-pajjiża appellaw lill-Unjoni Ewropea biex tagħmel pressjoni fuq il-kumpanija Amerikana Pfizer-BioNTech.

Min-naħa tagħha, il-kumpanija farmaċewtika qalet li t-tnaqqis fl-esportazzjoni hija kwistjoni temporanja, u ġiet affettwata minħabba bidliet fil-proċessi tal-manifattura bil-għan li titħaffef il-produzzjoni.

Ara wkoll:

Il-proċess ta’ tilqim għall-Covid-19 it-tieni l-aqwa fl-Unjoni Ewropea