“Pajjiżna jeħtieġ ekonomija li tegħleb l-isfidi” – Adrian Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li jeħtieġ ekonomija li tegħleb l-isfidi u mhux toħloq vittmi ta’ suċċess. Il-Kap Nazzjonalista qal dan f’laqgħa mal-uffiċjali tal-Kummerċ li fih ġew diskussi l-proposti taż-żewġ naħat għall-budget tas-sena d-dieħla.

Dr Delia qal li għalkemm l-ekonomija mixja ‘l quddiem imma faxex tas-soċjetà li jibqgħu fejn huma jew saħansitra qegħdin jaqgħu lura. Huwa qal li hemm bżonn li jinżammu l-prinċipji tal-bilanċ u s-sostenibilità. Dr Delia qal li l-Partit Nazzjonalista huwa attiv anke mill-Oppożizzjoni għax mhux qed jistenna li jkun fil-Gvern biex jaħdem ħalli titjieb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Perit David Xuereb qal li hemm ħafna xebh fil-proposti taż-żewġ naħat. Il-Perit Xuereb żied jgħid li s-suċċess ekonomiku ta’ pajjiżna jeħtieġ li jiġi mħares u msaħħaħ sabiex ikun hawn tkabbir sostenibbli. Dwar il-kera qal li din mhix qed issolvi l-problemi u dwar ir-rapport tal-Moneyval,qal li jeħtieġ li nerġgħu nsaħħu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ qal li l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja, il-ħarsien tal-ambjent u pjan fit-tul huma ta’ importanza għall-kamra. Tkellem ukoll dwar il-bżonn ta’ dixxiplina u regolamentazzjoni għall-qasam tal-kostruzzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Żona li fiha daqs seba’ grawnds tal-futbol, li minn wied naturali nbidlet f’miżbla, qed tingħata wiċċ ġdid biex minflok tibqa’ ġerħa fin-naħa t’isfel ta’ Malta, issir attrazzjoni. Sa wieħed u…

Kultura

Infrastructure Malta appik li tibda operazzjoni delikata, biex taqla’ sħiħ mill-blat qabar tal-perjodu Puniku-Ruman, u tpoġġih fil-ġenb ta’ triq ġdida li qed tibni f’Ħ’Attard. B’hekk din is-sejba ta’ valur arkeoloġiku,…

Immigrazzjoni

TVM jinsab infurmat li matul il-lejl li għadda, grupp ta’ madwar 90 immigrant li ġew salvati fil-Mediterran fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta ttieħdu fuq vapur tal-Captain Morgan li…

COVID-19

Il-pandemija u r-reħi tar-restrizzjonijiet ġabu magħhom l-użu tal-maskra. Filwaqt li ħafna qed jużawha kif obbligati jagħmlu f’ħafna postijiet pubbliċi, osservajna li bosta qed jilbsu biex taparsi libsuha. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Promozzjoni…

Aktar