Dwana
Pakkett b’għaxar għasafar mejta interċettat mid-Dwana ta’ Malta

Uffiċjali tad-Dwana interċettaw għaxar għasafar mejta li waslu f’Malta bil-posta.

Fi stqarrija ntqal kif il-ġimgħa li għaddiet mal-wasla tal-pakkett mir-Renju Unit, l-Uffiċjali tad-Dwana stazzjonati l-Malta Post innutaw il-pakkett suspettuż, u waqqfuh għal iktar investigazzjonijiet. Il-pakkett infetaħ fil-preżenza ta’ uffiċjali tal-Malta Post, liema pakkett instabu fih dawn l-għasafar.

Uffiċjali tal-ERA intalbu jidentifikaw l-għasafar u komplew bl-investigazzjonijiet tagħhom.