Lokali
Palumbo jixtri tarzna fl-Italja għal €10 miljun

Palumbo Group ħabbar li għadu kemm investa €10 miljun biex jakkwista tarzna f’Savona wara deċiżjoni li ttieħdet mill-Qorti Taljana.

Fi stqarrija Palumbo qal li kien ilu xhur li tefa’ ħarstu fuq dik li kienet il-faċilità Mondomarine, li kienet falluta. Palumbo se jieħu f’idejh din il-faċilità u jerġa’ jħaddem xi impjegati li kienu tkeċċew.

Qal li b’din it-tarzna fin-naħa ta’ fuq tal-Italja, Palumbo se jkun jista’ jespandi n-negozju tiegħu fuq il-cruiseliners.

It-tarzna ta’ Bormla, li hija mmexxija minn Palumbo, fl-2017 kienet rikonoxxuta bħala waħda mill-aqwa tarzni fl-Ewropa, u ġiet it-tielet fid-dinja f’kategorija partikolari.