Lokali
Palumbo tinvesti €2.5 miljun f’lift tad-dgħajjes

Palumbo Malta Superyachts investiet €2.5 miljun f’lift tad-dgħajjes ta’ 420 tunnellata li se jattira aktar negozju lill-gżira minn superyacths li jkunu qed ifittxu tiswija u ffittjar mill-ġdid fix-xhur tax-xitwa.

Fi stqarrija Palumbo Malta Superyachts qalet li dan it-travelift se jagħti servizz aħjar fid-domanda għall-iffittjar mill-ġdid u s-servizzi tal-bini ta’ dgħajjes tax-xogħol u jottijiet żgħar u medji fil-Mediterran.

Il-lift huwa bbażat fuq pjattaforma b’16-il rota u jinkludi tmien gruppi ta’ ċinturini tal-lifts biex jiżguraw li t-tagħbija tkun imqassma b’mod ugwali. Il-vantaġġ għall-kumpanija huwa li minflok tkun qed topera biss fil-baċir, il-lift jippermetti li t-tarzna taċċetta aktar xogħol billi tgħolli d-dgħajjes barra mill-ilma u tpoġġihom f’imħażen fuq l-art.