Lokali
Panama Papers u Swiss Leaks: Malta ġabret €106m f’taxxi dovuti . . . iżda fadal

Il-Kummissarju tat-Taxxi Interni, Marvin Gaerty, qal li kull persuna u kumpanija f’Malta li nkixfu mill-Panama Papers u Swiss Leaks, qegħdin jiġu investigati u għalkemm diġà nġabru aktar minn €100 miljun b’riżultat ta’ dawn l-investigazzjonijiet, id-dipartiment għadu għaddej bl-istħarriġ tiegħu dwar diversi każi li huma kumplessi.

Il-Kummissarju tat-Taxxi Interni, Marvin Gaerty, qal li kull persuna u kull kumpanja li ssemmew fil-Panama Papers u fis-Swiss Leaks li kienu kixfu kumpaniji sigrieti fil-Panama u kontijiet bankarji sigrieti fl-Iżvizzera, qed jiġu investigati mid-dipartiment tat-taxxi biex jirkupra t-taxxi dovuti.

Hu kkonferma d-dikjarazzjoni tal-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna li fil-Parlament qal li fl-2018 kienu diġà nġabru ftit aktar minn mitt miljun ewro b’riżultat ta’ dawn l-investigazzjonijiet. Il-Ministru kien stqarr ukoll li mhux l-investigazzjonijiet kollha dwar dawn il-leaks ingħalqu.

Il-Kummissarju tat-Taxxi qal lil TVM, li d-dipartiment jagħmel l-almu tiegħu imma l-investigazzjonijiet mhumiex faċli daqskemm wieħed jaħseb.

“It is not an easy task għax għalkemm ħafna jaħsbu u jaraw għax għandna l-informazzjoni u hawn dawn il-leaks ħafna drabi mhux qed nitkellmu fuq ilbieraħ. Ikun hemm każijiet minnhom għaxar snin ilu, 12-il sena ilu, jiġifieri tinstema faċli meta jiġru dawn il-leaks u tinstema faċli wkoll li jkunu tawna informazzjoni imma you’ll be surprised it-tip ta’ informazzjoni li jkun hemm.”

Żied jgħid li għalkemm Malta għandha ħafna trattati dwar it-taxxa ma’ bosta pajjiżi biex tinkiseb l-informazzjoni, hemm pajjiżi oħra li minkejja l-pressjoni internazzjonali, għadhom jirrifjutaw li jikkoperaw f’investigazzjonijiet dwar l-iskartar tat-taxxa.

Bil-Maltin stmati li għandhom biljuni ta’ ewro investiti barra minn Malta, il-Kummissarju tat-Taxxi ma tantx deher favur li jingħataw inċentivi biex dawn il-flus jinġiebu Malta jew biex jiġu reġistrati mad-dipartiment.

“Dawn huma daqsxejn ta’ inġustizzja speċjalment lejn il-persuni li huma ħaddiema, li jħallsu t-taxxi.”

Is-Sur Gaerty qal li meta fil-passat saru skemi bħal dawn li jsiru wkoll f’pajjiżi oħra, taw ċertu riżultati u bihom setgħu jinġabru miljun ta’ ewro f’taxxi.

“Tinsiex li l-iskop mhux li tiġbor biss il-flus u li tirregola t-tax payer, imma inti lit-taxpayer qed iġġibu on board u compliant allura suppost li dak it-tax payer jibqa’ jiddikjara dak l-income.”

Id-Dipartiment tat-Taxxi Interni, jiġbor mal-elf u erba’ mitt miljun ewro f’taxxi tad-dhul fis-sena minn individwi u kumpaniji.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

81 persuna ġew immultati llum wara li nqabdu fi gruppi t’aktar minn 3 persuni. B’kollox il-multi ammontaw għal €8,100 f’inqas minn 24 siegħa. Dawn il-miżuri ttieħdu mill-Gvern biex tiġi kkontrollata…

COVID-19

8 persuni miċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far irriżultaw pożittiv għall-Coronavirus. Is-Supertendent għas-Saħħa, Charmaine Gauci qalet li fit-8 t’April persuna ta’ 33 sena ħarġet pożittiva għall-virus. Min kien fl-istess kabina miegħu…

COVID-19

Wara li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri ħabbru li r-residenti taċ-ċentru miftuħ f’Ħal Far jinsabu fi kwarantina, huma ressqu appell għal min…

COVID-19

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li tliet pazjenti oħra fiequ mill-COVID-19. Dan ifisser li s’issa fiequ 5 persuni. Huwa ħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.  

Aktar