Barranin
Paniku fil-Brażil wara li strajkjaw il-Pulizija

Fl-istat ta’ Ceara fil-Brażil inqatlu 147 persuna, hekk kif għal dawn l-aħħar ħames t’ijiem il-Pulizija tal-lokal jinsabu fuq strajk.

Ir-rata ta’ kemm qed jinqatlu persuni hija ħames darbiet ogħla mis-soltu, minkejja l-fatt li l-armata qed tagħmel tajjeb għan-nuqqas tal-Pulizija. Il-vjolenza tal-aħħar jiem wasslet biex ġew ikkanċellati l-festi tal-karnival f’diversi bliet.

Il-Pulizija bdew bl-istrajk tagħhom fid-19 ta’ Frar, u qed jitolbu żieda fil-paga.

Uffiċjali tal-Pulizija skont il-liġi Brażiljana ma jistgħux jistrajkjaw, u diġà intqal kif dawk li qed jagħmlu dan jistgħu jaffaċċjaw akkużi ta’ ħabs.

Iktar minn 200 uffiċjal ġew sospiżi fl-aħħar jiem.