Barranin
Papa Ġwanni Pawlu I se jiġi dikjarat beatu

Papa Franġisku ta l-awtorizzazzjoni tiegħu biex il-Papa Ġwanni Pawlu I jiġi dikjarat beatu.

Imwieled bl-isem Albino Luciani fis-17 ta’ Ottubru 1912, Papa Ġwanni I huwa l-inqas Mexxej tal-Knisja Kattolika li dam iservi fil-kariga.

Fil-fatt dam biss 33 jum iservi bħala Papa sakemm miet fit-28 ta’ Settembru 1978 fl-età ta’ 66 sena.

Il-miraklu attribwit lil Papa Ġwanni Pawlu I jikkonċerna tifla ta’ 11-il sena fl-Arġentina li kienet qed tmut minħabba infjammazzjoni.

Il-kappillan tal-parroċċa fejn hemm l-isptar talab l-interċessjoni tiegħu u wara xi jiem it-tifla fieqet.

Issa jmiss li jiġi attribwit miraklu ieħor lil Papa Ġwanni Pawlu I biex il-Vatikan ikun jista’ jiddikjarah qaddis.