Annimali
Papri domestiċi qrib ir-Riserva Naturali tas-Salina morda u qed imutu

Wara diversi kummenti fil-midja soċjali b’rabta mal-mewt ta’ numru ta’ papri domestici qrib ir-Riserva Naturali tas-Salina, BirdLife Malta qalet li hija infurmat lill-aworitajiet kompetenti dwar is-sitwazzjoni, imma sa issa ma ttieħdet l-ebda azzjoni.

Fi stqarrija, hija qalet li ħaddiema ta’ BirdLife Malta fir-riserva nnutaw u raw b’għajnejhom għadd ta’ papri domestiċi (tat-tip Muscovy) qed imutu, bin-numri qed jiżdiedu kuljum. Dawn il-papri domestiċi jinsabu fuq art li ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta’ BirdLife Malta, biswit il-kanal li hemm taħt il-livell tat-triq prinċipali viċin lentratura tar-Riserva Naturali tas-Salina.

BirdLife Malta qalet tkellmet dwar is-sitwazzjoni mal-awtoritajiet governattivi kollha. Stqarret li huwa ċar ħafna li dawn il-papri huma morda ħafna u flimkien mar-rapporti ġew sottomessi numru ta’ ritratti u filmati. BirdLife Malta qed titlob lill-awtoritajiet biex jieħdu azzjoni ħalli tiġi mħarsa l-benesseri tal-papri domestiċi flimkien mal-ħabitat naturali ta’ din iz-zona li hija wkoll sit Natura 2000 u Zona Speċjali ta’ Konservazzjoni (Special Area of Conservation, SAC).

Din l-ispeċi ta’ papra domestika oriġinat mill-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel u llum saret tajra li ġiet domestikata f’diversi pajjiżi. L-ikbar problema li jiffaċċjaw dawn il-papri hija l-ħtieġa ta’ provvista kontinwa ta’ ilma ħelu – riżors naturali li f’Malta ma ssibux kif ġieb u laħaq. Din hija waħda mir-raġunijiet għalfejn dawn it-tip ta’ papri m’għandhom jitpoġġew qatt u mkien fis-selvaġġ f’Malta, speċjalment f’zoni kostali maġenb il-baħar. Ħadd m’għandu jżomm papri bħal dawn sakemm ma jkunx ċert li jista’ jipprovdilhom il-kundizzjonijiet adegwati.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Saħħa

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne…

Aktar