Lokali
Parata animata mill-karattri ta’ Nickelodeon

It-toroq ewlenin fil-Belt Valletta kienu mżejna bi brijju u allegrija hekk bil-karattri l-iżjed popolari mat-tfal li jidhru fuq l-istazzjon Nickelodeon ħadu sehem f’parata animata.

Il-festival ta’ Nickelodeon Treasure Hunt ikompli sas-sbatax ta’ April u qed isaħħar lill-familji Maltin u turisti b’għadd ta’ avventuri maġiċi.

Paw Patrol, Spongebob Squarepants, Nella the Knight u Ninja Turtles kienu wħud mill-karattri maħbuba mat-tfal li allegraw lin-nies waqt il-parata organizzata għall-festival Nickelodeon Treasure Hunt.

Minn Misraħ San Ġorġ għal Triq ir-Repubblika u Pjazza Tritoni: tfal, adulti u turisti dehru msaħħra bil-karattri mxandra fuq l-istazzjon televiżiv Nickelodeon.

Aħbarijiet Oħra
Trasport

Fil-ġimgħat li ġejjin se jibdew xogħlijiet fil-venda tal-karozzi tal-linja fil-foss ta’ San Ġakbu għal titjib fil-faċilitajiet għal passiġġieri. Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li dan l-proġett ser jiswa €400,000 u…

Lokali

Il-membri ġodda li ġew eletti fil-kunsill tal-Kamra tal-Kummerċ kellhom laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Kastilja. Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Perit David Xuereb, qal li l-Kamra tal-Kummerċ se tkompli taħdem fl-interess tan-negozju….

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li huwa ironiku li Dr Simon Busuttil u Dr Jason Azzopardi ffirmaw rikors biex il-Qorti twaqqaf il-ħatriet tat-tliet Imħallfin u tliet Maġistrati. Illum, fil-Palazz tal-President,…

Lokali

Fil-Palazz tal-President, ingħataw il-ġurament tal-ħatra tliet Imħallfin u tliet Maġistrati ġodda. Il-ġuramenti tal-ħatra ngħataw mill-President George Vella li ħeġġeġ lill-Gvern biex ifassal u jimplimenta l-miżuri li jsaħħu l-indipendenza tal-ġudikatura kif…

Aktar