Infrastruttura
Parkeġġ ġdid li jesa’ 300 vettura qrib il-bajja tal-Għadira

Il-bajja tal-Mellieħa se jkollha parkeġġ komunitarju ġdid, l-ewwel fażi ta’ proġett usa fl-akwati li se jsir b’investiment ta’ €800,000 mill-iskema eko-kontribuzzjoni tal-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.

Il-parkeġġ ġdid se jinbena minn sit dilapidat u se jkun jesa’ aktar minn 300 vettura. Fil-ġranet li ġejjin se jibda xogħol ta’ tindif ta’ dan is-sit dilapidat, fuq ħitan tas-sejjieħ, fuq sistema għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita u fuq dawl ġdid fost oħrajn.

Din hi l-ewwel fażi ta’ proġett usa li se jkun qed jara l-estensjoni tar-ramel b’madwar 20 metru. Ix-xogħlijiet se jsiru minn Projects Plus Ltd. li diġà kkummissjonat numru ta’ studji ambjentali u ġeoloġiċi. Il-promenade se jkun imsebbaħ u modernizzat ukoll.

Meta vara l-proġett, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg qal li l-proġetti komunitarji ma jinkludux biss pjazez, ġonna u faċilitajiet fil-qalba tal-ibliet u tal-irħula iżda wkoll proġett bħal dan li se jkun qed joħloq faċilitajiet ġodda u jsebbaħ parti mill-wirt naturali għal komunità usa’.

Qal li bil-proġett tal-parkeġġ se tonqos il-konġestjoni fl-inħawi minħabba li n-nies se jdumu jduru inqas biex isibu post għall-vetturi tagħhom, filwaqt li se jonqsu l-problemi ta’ parkeġġ doppju u triplu.

Żied li anki f’dan il-proġett, se jkun hemm faċilitajiet għall-karozzi elettriċi u għall-muturi, għax il-viżjoni tal-gvern hija inklinata lejn mezzi tat-trasport iżgħar u aktar sostenibbli.

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli qalet li dan il-proġett se jkun qed itejjeb il-prodott turistiku tagħna filwaqt li se jkun qed iżid drastikament il-parkeġġi f’post iffrekwentat minn ħafna Maltin, Għawdxin u turisti.

Is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Ronald Mizzi fakkar kif snin ilu l-gvern kien daħħal l-obbligu li kull turist irid jikkontribwixxi 50 ċenteżmu għal kull lejl li jqatta’ f’pajjiżna li jmur fil-fond li l-għan tiegħu huwa li jiġu investiti lura fil-prodott turistiku.

Żied jgħid li jixtieq li jkun hawn aktar għarfien biex l-industrija tat-turiżmu tkompli tapprezza l-għan u l-ħsieb wara dan il-fond.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Malti li jgħix l-Istati Uniti fl-aħħar sigħat esperjenza mill-qrib il-vjolenza u l-protesti li qed isiru f’diversi ibliet Amerikani wara l-qtil tal-Afro Amerikan George Floyd. Joseph Vassallo li ilu jgħix f’Santa…

COVID-19

Konsulent ewlieni tal-ġenetika jemmen li fi żmien ġimagħtejn oħra l-coronavirus jekk nibqgħu attenti jaf jisparixxi minn Malta. Il-Professur Christian Scerri qal li issa li se jitneħħew aktar miżuri restrittivi, importanti…

Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

Aktar