Knisja Maltija
Parroċċi f’Malta joffru l-għajnuna lill-istudenti biex jagħmlu l-eżamijiet

54 parroċċa f’Malta qed joffru għajnuna lill-istudenti li ser ikunu qed jagħmlu l-eżamijiet online fil-ġranet li ġejjin, billi joffru spazji fejn l-istudenti jkunu jistgħu jagħmlu l-eżami.

Fi stqarrija, il-Kurja qalet li għadd ta’ kappillani qed joffru wkoll lill-istudenti s-servizz ta’ Wi-Fi li għandhom fil-bini tal-parroċċa. L-ispazji offruti jinkludu uffiċċji, ċentri parrokkjali u klassijiet tad-duttrina.

Il-Kurja qalet li din l-inizjattiva mill-kappillani għandha tgħin lill-istudenti li minħabba diversi ċirkustanzi fid-dar jew fil-familja ma jkunx possibbli għalihom li joqogħdu għall-eżami f’post għall-kwiet. Dan peress li l-istituzzjonijiet edukattivi f’pajjiżna jinsabu magħluqin minħabba l-imxija tal-coronavirus.

Dawk l-istudenti li jixtiequ jagħmlu użu minn dan is-servizz għandhom jikkuntattjaw il-kappillan tal-parroċċa tagħhom jew jibagħtu email fuq [email protected]

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar