Kronaka
Parti mill-bypass tan-Naxxar tingħalaq wara inċident

Parti mill-bypass tan-Naxxar kellha tingħalaq għat-traffiku kawża ta’ inċident għall-ħabta tat-3.30pm.

Il-Pulizija qalet lil TVM li trakk li kien għaddej minn din it-triq ixxerridlu l-fjuwil, u numru ta’ karozzi li għaddew minn fuqu skidjaw, bil-konsegwenza li ħabtu f’xulxin.

Il-Pulizija qalet li ħadd ma weġġa’, iżda fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex ineħħu l-fjuwil mit-triq.

Kawża tal-inċident inġemgħa ammont konsiderevoli ta’ traffiku. Is-sewwieqa għandhom jevitaw iż-żona.