Infrastruttura
Parti mill-proġett tas-Central Link se tkun lesta sa Settembru

L-ewwel parti tal-proġett tas-Central Link li se tkun lesta hi dik minn quddiem il-ħruġ, faċċata tal-Palazz ta’ Sant’Anton sa Wied Inċita f’Ħ’Attard. Il-Ministru Ian Borg qal li din il-parti mistennija tkun lesta sal-aħħar ta’ Settembru li ġej. Il-kumplament tal-proġett mistenni jkompli fix-xhur ta’ wara.

Ix-xogħol fuq il-Proġett tas-Central Link, li mill-Bypass tal-Imrieħel iwassal sal-bidu tat-Telgħa tas-Saqqajja, qabad ir-ritmu, hekk kif it-toroq tbattlu mill-karozzi b’konsegwenza tal-miżuri li qed jiġu implimentati, bil-għan li titrażżan l-imxija tal-Covid-19.

Fl-ewwel kwart tas-sena, bdew jinbnew il-pedamenti tal-kareġġjati ġodda bejn l-Imrieħel u l-inħawi ta’ Wied Inċita f’Ħ’Attard. Ix-xogħlijiet kienu jinkludu skavar, it-tqegħid u t-tisħiħ ta’ pedamenti ġodda għat-triq u l-bini ta’ strutturi oħra ta’ sisien taħt l-art u l-ħitan li jserrħu fuqhom.

Bħalissa qed jitqiegħdu pajpijiet ġodda għas-sistemi tad-drenaġġ u għall-ġbir tal-ilma tax-xita. “Qed nantiċipaw li l-proġett għax qabad ritmu tajjeb ħafna l-parti sostanzjali tiegħu dik tan-nofs mill-Palazz ta’ Sant Anton fejn l-Isptar Monte Carmeli tkun lesta sa Settembru li ġej.”

Il-Ministru għall-Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg qal li kif sar fuq siti kollha tal-proġetti ta’ Infrastructure Malta, anke hawnhekk b’konsultazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika, qed jittieħdu miżuri li jipproteġi lill-ħaddiema mill-imxija tal-coronavirus.

Il-proġett qed isir b’investiment ta’ €55 miljun. L-aġenzija tgħid li l-proġett għandu inaqqas il-ħin fl-ivjaġġar, itejjeb il-kwalità tal-arja u jipprovdi faċilitajiet aktar siguri għall-mezzi ta’ vjaġġar alternattiv bejn l-Imrieħel u Ta’ Qali.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Konsulent ewlieni tal-ġenetika jemmen li fi żmien ġimagħtejn oħra l-coronavirus jekk nibqgħu attenti jaf jisparixxi minn Malta. Il-Professur Christian Scerri qal li issa li se jitneħħew aktar miżuri restrittivi, importanti…

Pulizija

Iż-żgħażagħ Andre’ Mifsud u Kelsey Bugeja huma fost is-sitta u erbgħin rekluta li bdew taħriġ intensiv fl-akkademja tal-forzi dixxiplinati biex iservu bħala kuntistabbli. Oħrajn se jingħataw iċ-ċans japplikaw f’sejħa li…

COVID-19

Lura għan-normalità, iżda fadal xi ftit miżuri li se jibqgħu fis-seħħ fosthom il-limitazzjonijiet fl-operat tad-diskoteki li huma l-kalamita speċjalment għal ġenerazzjoni żagħżugħa. Organizzaturi ta’ festini mfittxija minn eluf f’Malta qalu…

COVID-19

Inqas minn ġimgħa mill-budget addizzjonali li l-Gvern ser iressaq nhar it-Tnejn, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ltaqa’ mal-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali biex flimkien taw ħarsa lejn…

Aktar