Barranin
Parti min-nirien f’Kalifornja bdew minn ‘gender reveal party’

Parti min-nirien li qed jeqirdu djar u foresti f’Kalifornja bdew minn ‘gender reveal party’, skont uffiċjali tat-tifi tan-nar u l-ħarsien tal-foresti.

Intqal li n-nar f’El Dorado, li issa nfirex fuq iktar minn 7,000 ettaru, beda minn apparat pirotekniku li jiġġenera d-duħħan, u li ntuża waqt dan il-festin li matulu jkun żvelat is-sess tat-tarbija li tkun se titwieled.

Bħalissa Kalifornja qed tesperjenza mewġa ta’ sħana rekord, b’Los Angeles jirrapporta l-ogħla temperatura qatt irreġistrata ta’ 49.4 gradi celcius.

Ix-xahar li għadda Death Valley National Park f’Kalifornja rreġistra temperatura ta’ 54.4 gradi celcius, li huwa maħsub li hija l-ogħla temperatura qatt irreġistrata fid-dinja.

Ara wkoll:

F’Kalifornja nirien bla kontroll ħallew nies maqbuda f’park popolari