Infrastruttura
ARA: Parti mit-Telgħa tas-Saqqajja tingħalaq wara li waqa’ ħajt bil-maltemp

Infrastructure Malta qalet għalqet parti mit-Telgħa tas-Saqqajja minħabba ħajt li ġġarraf fil-maltemp tal-bieraħ.

Fi stqarrija fuq il-midja soċjali Infrastructure Malta qalet li ara l-periti u t-tekniċi qed jinvestigaw it-tiġrif tal-ħajt li jwieżen il-parti ta’ fuq tat-Telgħa tas-Saqqajja, ir-Rabat.

Qalet li biex żgurata s-saħħa pubblika, din il-parti tat-triq, fid-direzzjoni ta’ Triq Nikola Saura u Triq Gorg Borg Olivier, se tingħalaq għaż-żmien li ġej.

Is-sewwieqa huma mitluba jsegwu t-tabelli lejn rotot alternattivi fl-istess inħawi. L-aċċess għall-Imdina u għal Triq il-Kbira, lejn il-qalba tar-Rabat, ser jibqa’ miftuħ.