Unjoni Ewropea
Pass eqreb biex Malta tibqa’ bil-ħin tas-sajf

Malta deċiża li żżomm il-ħin tas-sajf, għalkemm deċiżjoni finali f’livell Ewropew għad trid tittieħed. Kumitat tal-Parlament Ewropew qabel li d-direttiva Ewropea li qed tkun diskussa, tagħti għażla lill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea jekk iżommux il-ħin jew il-ħin tax-xitwa s-sena kollha.

Kelliem għall-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej qal lil TVM li l-Gvern Malti fil-kunsill tal-Ministri ser ikompli jisħaq dwar uniformità f’din id-deċiżjoni għall-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Waqt li l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu tal-Parlament Ewropew approva l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex l-arloġġi ma jitmexxewx ‘il quddiem jew lura darbtejn fis-sena, id-deċiżjoni mhix finali. Dan għax id-diskussjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri għadhom għaddejjin.

Kelliem għall-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej qal lil Television Malta li rapport li sar is-sena l-oħra waqt il-Presidenza Awstrijaka wera li l-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea jridu jixtarru aktar din il-kwistjoni. Il-kelliem żied li n-negozjati dwar din id-direttiva waqfu fl-aħħar tas-sena li għaddiet wara li fil-Kunsill tal-Ministri, diversi pajjiżi ħassew il-ħtieġa li jikkonsultaw ma’ iktar imsieħba soċjali. Qal li l-Kummissjoni Ewropea anke ntalbet tħejji studju dwar l-impatt ta’ din il-proposta fuq setturi differenti.

Waqt li f’livell ta’ gvernijiet, id-diskussjoni għad trid tkompli, Kumitat tal-Parlament Ewropew qabel li jħalli f’idejn il-pajjiżi Ewropej li jridu l-ħin tas-sajf jekk idawrux l-arloġġ għall-aħħar darba fl-aħħar Ħadd ta’ Marzu tal-2021, waqt li dawk li jippreferu l-ħin tax-xitwa idawru l-arloġġ lura għall-aħħar darba f’Ottubru tal-istess sena.

“It has been decided that we will continue to work on the proposal, which means that we will no longer stick to the winter and summer time change every year, but rather that it will be abolished, and then each Member State can decide what they prefer, permanent winter time or permanent summer time,” qalet Marita Ulvskog, Rapporteur.

Wara li t-test jiġi approvat mill-Parlament Ewropew, l-ewro-parlamentari jkollhom pożizzjoni finali għan-negozjar mal-Kunsill tal-Ministri.

F’każ li l-Kummissjoni Ewropea tiddetermina li l-arranġamenti tal-ħin prevvisti jistgħu jfixklu b’mod sinifikanti l-mod kif jaħdem is-suq uniku Ewropew, il-Kummissjoni tkun lesta li tipposponi din id-direttiva b’sena u tagħmel proposta leġiżlattiva ġdida.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Mas-6,000 ħaddiem se jingħataw kumpens għall-anomaliji u inġustizzji li sofrew matul iż-żmien. Il-Ministri Edward Scicluna u Michael Falzon qalu li dawn il-ħaddiema ser jingħataw bejniethom €11-il miljun fi skema li…

Lokali

Il-familji residenti fil-bini li ġġarraf il-lejl li għadda fi Gwardamanġa u l-ġirien tagħhom jinsabu ttrawmattizzati, li minħabba dak li ġara spiċċaw b’ta’ fuqhom senduqhom. Huma esprimew rabja kbira għaliex qalu…

Trasport

Fil-ġimgħat li ġejjin se jibdew xogħlijiet fil-venda tal-karozzi tal-linja fil-foss ta’ San Ġakbu għal titjib fil-faċilitajiet għal passiġġieri. Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li dan l-proġett ser jiswa €400,000 u…

Lokali

Il-membri ġodda li ġew eletti fil-kunsill tal-Kamra tal-Kummerċ kellhom laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Kastilja. Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Perit David Xuereb, qal li l-Kamra tal-Kummerċ se tkompli taħdem fl-interess tan-negozju….

Aktar