Barranin
Pass favur il-pjan ta’ Biden biex iqassam $1.9 triljun f’għajnuna lil dawk milquta mill-Covid

Il-pjan tal-President tal-Istati Uniti Joe Biden, li jinkludi fih $1.9 triljun f’għajnuna lil dawk milquta mill-pandemija, ġie approvat mill-Kamra tar-Rappreżentanti.

Il-pjan sab reżistenza minn politiċi li qalu li dan jiswa wisq u li għandu jerġa’ jinkiteb mill-ġdid.

Issa l-vot li jmiss dwar dan il-pjan se jittieħed fis-senat, li fil-passat diġà mblukka riforma importanti li pprova jagħmel Biden, dik li jirdoppja l-paga minima nazzjonali għal $15 fis-siegħa.

Il-pakkett t’għajnuna jara li jqassam iktar vaċċini, iżid l-ittestjar għall-Covid, u jistabilizza l-ekonomija.

Iċ-ċekkijiet li mistenni jqassam Biden se jmorru għand nies li tilfu xogħolhom u negozji żgħar, hekk kif bħalissa l-qagħad tela’ għal 10%, waqt li tul il-pandemija intilfu madwar 10 miljun post tax-xogħol.