Lokali
Passiġġier se jitressaq il-Qorti wara li nqabad idaħħal flus mhux iddikjarati f’Malta

Uffiċċjali tad-Dwana rnexxielhom jaqbdu passiġġier fl-ajruport li kien qed iġorr $17,000 fi flus kontanti mhux iddikjarati.  Huwa mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Fi stqarrija, intqal li l-uffiċċjali tagħha qabdu lil passiġġier mill-Oman li kien għadu kif wasal Malta minn Benghazi fuq titjira privata u ma ddikjarax il-flus li kien qed iġorr mad-Dwana.

Wara li ntalab jgħaddi miż-żona tal-iscreening tad-Dwana, uffiċċjali tad-Dwana sabu li r-raġel kellu gzuz ta’ karti tal-flus, kif ukoll sitt kaxxi sigaretti li ma kienux iddikjarati u ma tħallasx dazju fuqhom.

Il-flus żejda u s-sigaretti li kien qed iġorr ittieħdu mill-uffiċċjali tad-Dwana sakemm isiru l-investigazzjonijiet mit-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi tal-Korp tal-Pulizija.

Din kienet sena rekord fl-ammont ta’ flus kontanti maqbuda mid-Dwana matul din is-sena.