Kronaka
Passiġġiera fuq mutur tindarab gravi f’inċident tat-traffiku

Mara sofriet minn ġrieħi gravi wara li llejla kienet involuta f’inċident tat-traffiku.  L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5pm fi Vjal Blue Grotto, fiż-Żurrieq.

Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 50 sena residenti l-Fgura tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq u nqaleb. Fuq il-mutur kien hemm ukoll mara ta’ 49 sena residenti l-Fgura.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

It-temi marbuta mal-Unjoni Ewropea li fl-aħħar jumejn ġew diskussi fil-Kunsill Ewropew fi Brussell, qed ikomplui jiġu diskussi llejla f’Villa Francia f’Ħal-Lija, f’working lunch bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Prim…

Brexit

L-aħħar Kunsill Ewropew taħt il-Presidenza Awstrijaka ntemm fi Brussell bi ftit li xejn progress fuq il-kwistjoni Brexit. Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May dehret iffastidjata b’kummenti tal-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker…

Ikel

L-awtoritajiet edukattivi u tas-saħħa komplew isostnu d-deċiżjoni li ttieħdet biex fil-parties tat-tfal fl-iskejjel, l-ikel u x-xorb provdut ikun skont lista approvat biex ikun evitat ċertu ikel li mhuwiex tajjeb għas-saħħa….

Parlament

L-Ispeaker Anġlu Farrugia inawgura wirja artistika b’riżq id-Dar tal-Providenza li qed tittellgħa fil-Parlament ta’ Malta. L-Ispeaker Farrugia faħħar lill-fundatur tad-Dar tal-Providenza, il-Monsinjur Dun Mikiel Azzopardi, li ddedika l-ħidma pastorali tiegħu…

Aktar