Barranin
Passiġġiera jibbukkjaw titjiriet doppji minħabba żball tal-British Airways

British Airways ammettiet li għamlet żball meta avżat lill-passiġieri li t-titjiriet tagħhom kienu tħassru, u li qaltilhom biex jerġgħu jibbukkjaw.

Uħud mill-passiġġieri qalu li kienu konfużi hekk kif it-titjiriet, li ngħad li tħassru, reġgħu dehru mill-ġdid wara li reġgħu bbukkjaw.

Il-bdoti tal-British Airways qalu li se jieqfu mix-xogħol fi tlett ijiem: fid-9, l-10 u t-27 ta’ Settembru, minħabba tilwima fuq il-paga.

Iżda wħud mill-passiġieri li se jtiru fi ġranet oħrajn irċevew email li t-titjira tagħhom tħassret u biex jerġgħu jibbukkjaw jew jitolbu għal flushom lura.

Il-kumpanija tal-ajru skużat ruħha għal din il-konfużjoni u qalet li l-email kienet żball. Kelliem għall-British Airways ħeġġeġ lil kull min ħallas għal titjira oħra biex jikkuntatja lill-kumpanija.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Uffiċjali tas-saħħa Ċiniżi ppubblikaw id-dettalji preliminari tal-iżjed studju estensiv dwar il-coronavirus li stħarreġ iżjed minn sebgħin elf każ tal-virus. Informazzjoni miċ-ċentru Ċiniż għall-kontroll tal-mard u l-prevenzjoni, ic-CCDC sab li iżjed…

Barranin

Mal-10,000 raġel fil-Ġappun niżlu fl-ilma f’kesħa xxoqq il-għadam, f’kompetizzjoni tradizzjonali li tmur lura mal-500 sena. Fil-festival Hadaka Matsuri, l-irġiel jilbsu biss biċċa ċarruta bajda u jinġabru f’tempju biex jilqgħu r-rebbiegħa….

Barranin

Il-kantant ta’ fama mondjali, Sir Elton John, kellu jtemm ħesrem kunċert fi New Zealand, hekk kif tilef leħnu meta kien fuq il-palk. Ilbieraħ Elton John kien qed ikanta f’Auckland bħala…

Barranin

Il-maltempata mlaqqma Dennis, li hija t-tieni waħda li laqtet ir-Renju Unit f’temp ta’ ġimgħa, qed tagħmel ħerba sħiħa f’għadd ta’ postijiet, b’servizzi ta’ trasport imħassra u persuni evakwati minn djarhom….

Aktar