Kronaka
Passiġġiera tindarab gravi f’ħabta bejn żewġ vetturi

Mara ta’ 53 sena li kienet passiġġiera f’karozza ndarbet gravi f’ħabta bejn żewġ vetturi.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8.30pm fi Triq it-Torri, Tas-Sliema.

Il-ħabta seħħet bejn vettura ta’ tip Volkswagen Bora, misjuqa minn Taljan ta’ 45 sena residenti l-Gżira, u vettura ta’ tip Toyota Avensis, misjuqa minn raġel ta’ 62 sena residenti Birkirkara.

Fit-Toyota kien hemm ukoll mara ta’ 53 sena residenti Birkirkara, li sofriet xi ġrieħi.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejjin.