Passiġġiera tmut wara li ħassitha ma tiflaħx fuq titjira tal-Air Malta

Passiġġiera li kienet ma tiflaħx fuq titjira tal-Air Malta lejn Gatwick, mietet minkejja sforzi li saru biex isalvawlha ħajjitha.

It-titjira niżlet Lyon fejn saru diversi tentattivi mill-membri tal-ekwipaġġ u tim mediku Franċiż biex iżommuha ħajja.

Il-mara kienet akkumpanjata minn raġel.

It-titjira KM116 telqet minn Malta fid-8.44 a.m. u niżlet Lyon ftit qabel il-11 a.m.

Il-kaptan informa lill-passiġġieri bil-bidla fir-rotta.

 

Aħbarijiet Oħra
Mużika

‘Touch’ hija diska ġdida mill-kantant Sebastian, u għandha filmat mużikali mżewwaq bil-lirika li tkompli mad-diska. Sebastian ħadem ma’ Matteo Depares u Aidan Cassar minn Wicked & Loud għall-kliem u l-mużika…

Kronaka

Ġuvnott ta’ 15-il sena sofra ġrieħi gravi wara li dal-lejl ittajjar f’San Ġiljan. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq Sant Andrija għall-ħabta tas-1.00am. Il-ġuvnott, li huwa barrani u jgħix San…

Kisbiet

Kuntistabbli tal-Pulizija kklassifika fit-tieni post fl-Olimpijadi tal-Pulizija li saru fiċ-Ċina. Din kienet l-ewwel darba li l-korp tal-pulizija ħa sehem f’dawn l-Olimpijadi. Il-Kuntistabbli, Andrew Grech li hu wkoll atleta rinomat f’pajjiżna,…

Aktar