Kronaka
Passiġġiera tweġġa’ f’ħabta bejn erba’ karozzi

Passiġġiera weġġgħet u kellha tiddaħħal l-Isptar Mater Dei wara ħabta bejn erba’ karozzi f’San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-5.00 p.m. fi Triq il-Korp tal-Pijunier.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li fil-ħabta kienu involuti erba’ karozzi – Mercedes misjuqa minn żagħżugħ ta’ 24 sena residenti San Pawl il-Baħar, Renault li fiha kien hemm żewġ nisa Spanjoli ta’ 64 sena kif ukoll VW u Ford li kienu pparkjati.

Tim mediku ta l-għajnuna u ambulanza ħadet lill-passiġġiera tar-Renault l-isptar għall-kura fejn instab li kellha ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.